Attakk mill-ajru mill-Jemen iħalli 31 persuna mejta

Read in English.

Il-Moviment Houthi tal-Jemen akkuża lill-koalizzjoni mmexxija mis-Sawdi li b’ritaljazzjoni attakkaw mill-ajru u qatlu minn tal-inqas 30 persuna inkluż nies ċivili. Dan seħħ nhar is-Sibt.

L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Jemen qal li minn rapport preliminary li sar fuq il-post qed jindika li nqatlu madwar 31 persuna ċivili u ndarbu 12 oħra. Dan wara li saru attakki mill-ajru fejn intlaqtet iż-żona ta’ Al-Hayjah.

Il-Ministru tas-Saħħa qal li fost dawk maqtula hemm nisa u tfal. Dan ġara wara li Houthi sostna li waqqa’ Tornado jet, ajruplan tal-gwerra, fiż-żona nhar il-Ġimgħa.

Iżda l-kap tal-koalizzjoni mmexxija mis-Sawdi qal biss li l-ajruplan kien iġġarraw. Aktar tard hu kien qal li l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ ġew imnedija.

Il-kunflitt huwa ħafna mid-drabi meqjus bħala gwerra bi prokura bejn l-Arabja Sawidja kontra x-Shi’ite Musulmani Iranjani.

Ma kien hemm l-ebda verifika indipendenti tal-attakki mill-ajru jew tat-twaqqigħ tal-ajruplan.