Attakk Iżraeljan fuq is-Sirja

Il-Ministru tad-difiża Iżraeljan jammetti li l-armata Iżraeljana kienet il-moħħ wara l-attakki mill-ajru fuq is-Sirja.

Uffiċjali tal-Gvern Amerikan qalu li l-attakki laqtu konvoj ta’ armamenti għal kontra l-ajruplani militari fis-Sirja. Huwa mifhum li l-konvoj kien ser jiġi trasportat fil-Libanu biex jiġi f’idejn il-militanti Lebaniżi tal-Hezbollah. Minkejja dan, il-Gvern Iżraeljan għadu m’ammettiex pubblikament dwar l-attakki militari mill-ajru.

Waqt laqa’ bejn diplomatiċi u Ministri tad-difiża ġewwa l-Ġermanja, il-Ministru tad-difiża Iżraeljan Ehud Barak qal li m’għandu xejn xi jżid ma dak li diġà ġie rappurtat fuq il-mezzi tax-xandir. Huwa stqarr li l-Gvern Iżraeljan għandu minnufih iwaqqaf l-attività ta’ sistemi militari fil-Lebanon minħabba l-fatt li fi kliemu, il-grupp militanti Lebaniż tal-Hezbollah u l-Gvern Iranjan huma l-uniċi alleati li fadallu l-Mexxej Sirjan Bashar Al Assad.