L-ISIS jaħtfu 400 persuna fis-Sirja

Militanti tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja ħatfu madwar 400 persuna waqt attakk imdemmi f’Deir al-Zour.
L-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem qal li n-nies ittieħdu minn żoni fil-Majjistral tal-belt. 
Diversi persuni oħra mietu waqt offensiva mill-Istat Iżlamiku f’Deir al-Zour, fil-Lvant tas-Sirja.
Skont il-Kumitati tal-Koordinazzjoni Lokali tas-Sirja qalu li l-attakki bdew bi splużjoni ta’ karozza u wara komplew minn attakki fl-art.
Osservatur Sirjan għad-Drittijiet Umani qal ukoll li 85 persuna u 50 suldat Sirjan inqattlu waqt l-attakk.
Aġenzija tal-Aħbarijiet Sirjana rrapurtat li madwar 300 persuna mietu fiż-żona ta’ Baghaliyeh.
In-Nazzjonijiet Maqgħuda wissew dwar il-kundizzjonijiet deterjoranti fiż-żoni assedjati.
Skont osservatorju tas-Sirja madwar  60% tas-Sirja hija fil-kontrol tal-Istat Iżlamiku.
Wara ħames snin ta’ attakki kien hemm aktar minn 250,000 persuna li mietu u miljuni ta’ nies li telqu mis-Sirja.