Attakk ieħor b’armi tan-nar fil-Messiku

Relatives of a police officer, who was killed along other fellow police officers during an ambush by suspected cartel hitmen, react during an homage organised by the state government, in Morelia, in Michoacan state, Mexico October 15, 2019. REUTERS/Alan Ortega

Ġlieda bl-armi tan-nar fil-Messiku bejn il-forzi tas-sigurtà u persuni armati fi Guerrero wasslet għall-mewt ta’ 15-il persuna. L-awtoritajiet spjegaw li dan huwa t-tieni attakk tal-massa li laqat lill-pajjiż fl-aħħar jiem.

Il-kelliem għas-sigurtà pubblika qal li 14-il ċittadin u suldat mietu fil-ġlieda li seħħet f’Tepochica. Ritratt tal-ġlied li ra l-ġurnal Reuters juri żewġ ċittadini maqtula, wieħed minnhom imdendel ma’ pick-up truck.

Il-President Andres Manuel Lopez Obrador weħħel din il-vjolenza fil-pajjiż fl-amministrazzjonijiet tal-passat. Hu kien qed jiddefendi l-istrateġija tas-sigurtà fil-pajjiż wara li aktar kmieni, f’Michoacan seħħ attakk ieħor li fih inqatlu 13-il pulizija.

Minkejja kollox din l-aħħar ġlieda se tqajjem aktar pressjoni fuq il-President sabiex jaqbad irkaptu tal-problema li wiegħed li se jkun qed isolvi malli jiġi elett. Hu ġie elett bħala President f’Diċembru li għadda. 

Guerrero U Michoacan huma tnejn mill-aktar stati vjolenti fil-pajjiż minħabba gangs tad-droga li jiġġieldu bejniethom dwar minn se jikkontrolla r-rotti ta’ minn fejn tgħaddi d-droga.