Attakk fuq Moskea fil-Pakistan

49 persuna mietu u 45 oħra sfaw feruti f’attakk li seħħ fil-Moskea Shikarpur fil-Pakistan.
L-attakk twettaq meta n-nies kienu qed jinġabru fil-Moskea għat-talb tal-Ġimgħa u bl-isplużjoni tal-bomba waqa’ parti kbira mis-saqaf fuq il-persuni li kienu ġewwa.
Fl-istess ħin li twettaq l-attakk, il-Prim Ministru Pakistan, Nawaz Sharif kien jinsab f’Karachi fejn kien qed jiddiskuti l-pjan nazzjonali ta’ azzjoni kontra t-terroriżmu.