Attakk f’lukanda fil-Mali jħalli 19 mejta

Il-Mali iddikjara għaxart ijiem ta’ emerġenza wara attakk terroristiku fuq lukanda fil-belt kapitali Bamako.
F’dan l-attakk li huwa suspettat li sar minn militanti Iżlamiċi, ħalla 19-il persuna mejta.
Il-President tal-Mali Ibrahim Boubacar Keita ħabbar ukoll tliet ijiem ta’ luttu nazzjonali.
Semma kif zewġ militanti responabbli minn dan l-attakk inqatlu.
Iktar minn 130 resident fil-lukanda nħelsu meta l-forzi speċjali tal-Mali flimkien ma’ uffiċjali Franċiżi, daħlu fil-lukanda biex jippruvaw iwaqqfu l-attentat.