Attakk fl-Indja jħalli erbgħa mejta u sitta midruba

Numru ta’ militanti fl-Indja wettqu attakk fuq għassa tal-pulizija u sparaw fuq karozza tal-linja fl-Istat ta’ Punjab.
Hu mifhum li dan l-attakk ħalla 4 mejta u minn tal-inqas, 6 oħra midruba.
Skont uffiċjali tal-pulizija, l-attakk wasal minn grupp li qed jitmexxa f’Kashmir, fl-Indja stess.
Jidher li min wettaq l-attakk, seraq karozza, spara fuq karozza tal-linja u daħal f’għassa tal-puliizja fil-belt ta’ Gurdaspur.