Attakk fi knisja f’Texas; 2 mejta

Raġel armat b’arma tan-nar li spara fi knisja f’Texas qatel persuna u ħalla persuna oħra f’kundizzjoni kritika. Dan qabel ma’ persuna li kienet fil-knisja u kienet ukoll armata b’arma tan-nar sparatlu u qatlitu.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Forth Worth qal li tliet persuni, fosthom il-persuna li instigat l-attakk, ittieħdu l-isptar f’kundizzjoni kritika. Il-knisja ngħalqet għall-investigazzjonijiet.

Żewġ persuni, inkluż l-attakkant, mietu waqt li l-ambulanza kienet qed titrasportahom lejn l-isptar. It-tielet persuna nżammet ħajja grazzi għall-ħidma tal-paramediċi. Żewġ persuni oħrajn indarbu ħafif wara li ppruvaw jinħbew fil-Knisja.

L-inċident seħħ fiż-żona magħrufa bħala White Settlement, fil-West Freeway Church of Christ.

Il-Pulizija qalu li l-attakkant qala tir minn żewġ kongreganti li kienu armati. Qalu li l-attakk ma kienx aktar imdemmi grazzi għall-azzjoni immedjata ta’ dawn il-persuni.

Il-Governant ta’ Texas, Greg Abbott, qal li postijiet fejn wieħed jitlob għandhom ikunu sagri. Qal li jinsab kuntent li kien hemm persuni li aġixxew b’mod immedjat u waqqfu lill-attakkant.

L-attakk inqabad fuq filmat hekk kif il-quddiesa kienet qed tiġi mxandra LIVE fuq Youtube. Dan skont il-media fil-pajjiż.