Il-Pulizija f’Londra ma ssibx evidenza ta’ attakk fl-underground

L-istazzjon tal-metro f’Oxford Circus fiċ-ċentru ta’ Londra ġie magħluq wara li l-Pulizija rċiviet rapport li ġew sparati tiri għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija.
Jidher li ma nstabet l-ebda evidenza li ġew sparati dawn it-tiri.
Il-Pulizija Metropolitana ta’ Londra qalet li qed tkompli tieħu azzjoni daqs li kieku kien attakk terroristiku.
Il-Pulizija avżat lill-pubbliku biex imur għall-kenn fil-bini tal-madwar u ma jibqgħux fl-underground.
Il-livell ta’ theddida terroristika fl-Ingilterra jinsab fl-ogħla livell.