Attakk El Paso: Omm is-suspettat ċemplet lill-Pulizija ġimgħat qabel

Reuters

Omm iż-żagħżugħ li qatel 22 persuna f’El Paso f’Texas ċemplet lill-Pulizija ftit tal-ġimgħat qabel għax kienet inkwetata minħabba li binha kellu rifle.

Hija kienet inkwetata minħabba li ż-żagħżugħ għandu 21 sena u kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar, kif ukoll minħabba li ma kellux esperjenza kif juża arma tan-nar. Madankollu l-omm ma bdietx tinkwieta li seta’ jweġġa’ lil xi ħadd.

L-attakk sar f’Walmart u ħalla 22 persuna mejta. Il-każ qed jiġi investigat u jista’ jkun hemm possibilità li kien attakk ta’ mibgħeda. Il-Pulizija għandhom it-teorija li ż-żagħżugħ saq għal 10 sigħat mid-dar tiegħu f’Dallas u spara fuq in-nies. Il-prosekuzzjoni qed takkuża liż-żagħżugħ bi qtil u hemm il-possibilità li jekk iż-żagħżugħ jinstab ħati jista’ jingħata l-piena tal-mewt.

Aqra: Trump iżur lill-vittmi tal-massakri fl-isptarijiet; jgħajruh razzist