Read in English.
F’Hamburg-Wilhelmsburg fil-Ġermanja ġie rrappurtat attakk b’sikkina f’Luna Centre. Skont rapporti fil-media internazzjonali l-attakk seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar tal-Ġimgħa.
S’issa jidher li tlett persuni sfaw feruti f’dan l-attakk, tnejn minnhom gravi.
L-agressur irnexxielu jaħrab minn fuq il-post iżda l-Pulizija rnexxielha taqbdu ftit tal-ħin wara.
Ir-raġuni wara dan l-attakk s’issa għadha m’hix magħrufa.
Attakk simili fil-Ġermanja seħħ fil-bidu ta’ dan ix-xahar meta karozza saqet għal fuq in-nies fil-belt ta’ Tier. Tlett persuni u tarbija mietu f’dan l-attakk.