Attakk b’sikkina fi Brussell; Pulizija jisparaw lill-aggressur

Attakk Brussell sikkina Pulizija sparar aggressur
REUTERS/Francois Walschaerts

Pulizija Belġjani sparaw u weġġgħu serjament lil raġel bla saqaf fuq rasu, wara li skonthom, dan attakkhom b’sikkina wara li sabuh rieqed barra fi Brussel nhar it-Tnejn.

Il-Prosekuturi eskludew li dan setgħa kien attakk terroristiku minn naħa tar-raġel Belġjan ta’ nisel Eġizzjan. Madanakollu infetħet inkjesta dwar l-attakk b’sikkina u l-użu t’ arma tan-nar mill-uffiċċjali tal-pulizija.

Ftit wara d-9am, f’żona ddominata minn uffiċjali tal-gvern, żewġ uffiċjali tal-pulizija użaw il-lenbubi u peper spray sabiex jikkontrollaw lir-raġel meta huwa ħareġ is-sikkina. Meta dan ir-raġel ta daqqa ta’ sikkina lill-Uffiċjal f’wiċċu, uffiċjal tal-pulizija ieħor spara lir-raġel f’sidru u f’saqajh. Il-pulizija spara t-tielet tir iżda ma laqatx lir-raġel.