Attakk b’armi kimiċi fis-Sirja

Aktar minn 650 persuna nqatlu f’attakki b’armi kimiċi li saru fil-kapitali Sirjana, Damasku.

L-attakki saru fuq ir-ribelli Sirjani fir-reġjun ta’ Ghouta.

Uffiċjali Sirjani iżda qed isostnu li dan l-attakk ma sarx mis-suldati Sirjani u din hi biss qlajja tar-ribelli f’attentat li jtellfu l-ħidma tal-ispetturi tal-armi tal-Ġnus Magħquda.

Ir-Renju Unit, Franza u l-Lega Għarbija qed jitolbu li l-ispetturi internazzjonali jingħataw il-permess li jidħlu fiż-żona milquta biex jagħmlu rapport dettaljat tal-armi kimiċi li ntużaw.