Att vandalu ieħor, issa fuq kappella f’Ħal Qormi

Read in English.

Matul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa seħħ att vandalu ieħor fuq propjetà tal-Knisja, din id-darba fuq Santwarju f’Ħal Qormi.

Kelliem għall-Pulizija spjega ma’ Newsbook.com.mt kif f’xi ħin bil-lejl bejn it-13 u l-14 ta’ Ottubru, seħħ att vandalu fuq il-bibien tas-Santwarju tal-Madonna tal-Ħlas f’Ħal Qormi. Ilbieraħ għall xi l-5am, raġel li għandu xi propjetà fil-viċinanzi rapporta li kien hemm sinjali ta’ ħruq mal-bieb prinċipali tas-Santwarju u mal-bieb tal-ġenb.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn ikkonfermaw dak li kien irrapporta r-raġel. Dwar il-każ ma infetħitx inkjesta Maġisterjali, madanakollu l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Resident qal fuq Facebook biex kulħadd joqgħod viġilanti għall-kappelli rurali fil-pajjiż.

L-ewwel Sant' Antnin ta Wied l-Ghajn, issa is-Santwarju tal-Madonna tal-Hlas Hal Qormi! Dalodu kont ghaddej mill…

Posted by Brian Borg on Wednesday, October 14, 2020

Propju nhar il-Ħadd li għadda kien irrappurtat kif att vandalu ieħor wara li xi persuni qaċċtu r-ras tal-istatwa ta’ Sant’Antnin u tal-bambin fil-park tal-familja f’Wied il-Għajn.

X’ġara lill-istatwa ta’ Sant’Antnin?
Att vandalu fuq l-istatwa ta’ Sant’Antin fil-Family Park