Att vandalu fuq pittura famuża Franċiża

Il-pittura famuża ‘Delacroix’s Liberty’ spiċċat taħt att vandalu.

Il-pittura, li tmur lura għall-1830, kienet ispirata minn waħda mir-revoluzzjonijiet Franċiżi.

Jidher li mara ta’ 28 sena daħlet fil-mużew fejn qed tintwera l-pittura, u kitbet fi spazju ta’ 30cm.

Hija nżammet mal-ewwel mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-mużew. Intqal kif il-pittura tista titnaddaf faċilment iżda bħala prekawzjoni se tiġi eżaminata minn restawratur.