Read in English.
Att vandalu wassal sabiex jitqaċċtu ras Sant’Antnin u l-bambin fl-istatwa li hemm fil-kappella tal-Family Park.
Permezz ta’ post fuq Facebook il-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn sostniet li tinsab dispjaċuta li twettaq dan l-att vandalu fuq l-istatwa tal-kappella. Qalet li se tkun qed tagħmel ħilitha biex tiġi rrestawrata kif kienet.
Intant, il-Parroċċa sostniet li kull għajnuna mill-pubbliku tkun apprezzata.