Att vandalu fuq il-lapida tal-Arkata ta’ Wignacourt

Mario Coleiro - Facebook

Il-lapida tal-Arkata ta’ Wignacourt f’Santa Venera nstabet imkissra wara li sar att ta’ vandaliżmu fuqha.

Il-preżentatur Mario Coleiro, li jaħdem ma’ Heritage Malta, xerred ritratt fuq Facebook u kkundanna dan l-att vandalu.

L-Arkata ta’ Wignacourt tinsab fil-bidu ta’ Triq il-Kbira San Ġużepp, f’roundabout.

https://www.facebook.com/photo/?fbid=2957210454505562&set=a.2812652928961316

Din l-arkata sservi ta’ monument lill-Gran Mastru Alof de Wignacourt li xpruna u ħallas biex jinbena l-Akwadott u jitwassal l-ilma mir-Rabat għall-Belt Valletta fl-1615. Kien hemm il-ħsieb li l-Arkata tagħti ġieħ lil 600 Malti li ħadmu fuq l-10 mili tal-akwedott għal 5 snin sħaħ.