Att vandalu fil-post li fih kien isir Betlehem f’Għajnsielem

Hu mifhum li s-Sibt wara nofsinhar seħħ att vandalu fil-post li fih kien isir Betlehem f'Għajnsielem. Jirriżulta li persuna jew persuni mhux magħruga taw in-nar lill-wieħed miż-żewg pontijiet tal-injam li hemm fil-passaġġi ta' Passi.

FuqFacebook, is-sindku ta’ Għajnsielem Francis Cauchi kkundanna bil-qawwa dan l-att vandalu u qal li hu verament ta' għajb għal dak li wettaq din il-ħsara li setgħet kellha wkoll konsegwenzi koroh speċjalment għal min seta’ kien għaddej bil-lejl minn hemm. Francis Cauchi qal li hu verament tal-mistħija li għad fadal xi ftit individwi li jħobbu jagħmlu dawn l-atti vandali bil-konsegwenza wkoll li jista jkorri xi ħadd.

Is-sindku ħeġġeġ biex kull min għandu xi informazzjoni fuq dan l-att kriminali jagħmel rapport lill-pulizija jew lill-Kunsill Lokali sabiex issir ġustizzja.