Att ġdid li jammenda l-Kodiċi Ċivili

Il-gvern ħabbar li daħal fis-seħħ att li jammenda l-Kodiċi Ċivili. Permezz ta’ dawn l-emendi min qed jikri post u minnu qed jagħmel negozju jista’ japplika lill-Bord li Jirregola l-Kera biex il-kera tiġġeddidlu sa għaxar snin. Il-bord tal-kera jista’ jimponi kundizzjonijiet biex is-sid tal-post ikun imħares b’mod xieraq.
Skond l-istqarrija konġunta , maħruġa mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji ż- Żgħar u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, din l-inizjattiva ttieħdet biex tipproteġi n-negozji filwaqt li jittieħed kont xieraq ukoll tad-drittijiet tal-proprjetarji.