ATM tal-HSBC titkellem mal-klijenti dan il-Milied

Klijenti ta’ HSBC li ressqu lejn l-ATM ta’ Ħal Balzan biex jiġbdu l-flus minnha kellhom sorpriża sabiħa meta l-magna ħadet il-ħajja u bdiet ‘tkellimhom’ dwar it-tħejjijiet tagħhom għall-Milied.

Din l-esperjenza ħelwa, li issa saret tradizzjoni fl-HSBC Malta, seħħet hekk kif il-lobby tal-ATM kien imżejjen għall-Milied komplut b’rigali, għanjiet tal-Milied u konversazzjonijiet divertenti mal-ATM.

L-espressjonijiet ta’ sorpriza fuq wiċċ il-klijenti nqabdu fuq vidjow li issa jinsab fuq il-paġni popolari tal-komunità ta’ HSBC Malta facebook.com/HSBCMalta u l-kanal HSBC Malta YouTube.

Il-vidjo jibda meta l-lobby fil-fergħa tal-HSBC ta’ Ħal Balzan ikun mibdul f’post ħelu għall-Milied u b’vuċi li tilqa’ lill-klijenti meta jaċċessaw l-ATM.  Ix-xeni mbagħad jaqilbu bejn in-naħa ta’ quddiem għal fuq wara tal-ATM biex jaqsmu ma’ min ikun qed jara l-vidjow l-eċitament fuq iż-żewġ naħat tal-ATM li “titkellem”.

Din hi t-tielet sena li l-HSBC ħoloq vidjow tal-Milied li bih ssorprenda b’mod ħelu lill-klijenti tiegħu. Fl-edizzjonijiet preċedenti, il-klijenti f’The Point Shopping Mall kellhom ix-xiri tagħhom imħallas minn Santa Klaus innifsu (YouTube), filwaqt li f’video ieħor l-uffiċjali ta’ HSBC Malta taw sorpriża lil sidien ġodda ta’ djar billi qalulhom li ma kellhomx għalfejn iħallsu l-kont tas-self rispettiv għal Diċembru (YouTube).

Dawn il-films tal-Milied jiġbru flimkien l-elementi distintivi tal-HSBC li jinkludu servizzi bankarji innovattivi, li jagħtu lura lill-komunità, u l-midja soċjali. HSBC Malta juża dawn l-inizjattivi biex jawgura lill-klijenti kollha tiegħu l-isbaħ xewqat għal Milied ħieni u għas-Sena l-Ġdida.