ATM ġdida tal-BOV fin-Nofsinhar ta’ Malta

Ġiet installata ATM ġdida fiċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva Esplora f’Villa Bighi fil-Kalkara.
Fi stqarrija, il-BOV qal li l-ATM il-ġdida tipprovdi servizzi ta’ flus u servizzi bankarji oħra f’din il-lokalità li tiġbed lejha ħafna viżitaturi.
Stqarr li din l-ATM iżżid ukoll il-konvenjenza għar-residenti tal-Kalkara u taż-żona tal-Kottonera.
Din hija t-93 magna li għandu l-BOV.