Atletika: Jinkisru għadd ta’ rekords waqt il-Kampjonati taż-Żgħażagħ u l-Open Challenge

Ritratt: Wally Galea

Read in English.

Minkejja s-sħana ta’ Awwissu, l-atleti ewlenin kif ukoll dawk emerġenti rreġistraw sensiela ta’ prestazzjonijiet mill-aqwa waqt il-Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll waqt l-Open Challenge tal-kbar organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association fi tmiem il-ġimgħa.

Xejn anqas minn seba’ rekords inkisru matul jumejn mimlija avvenimenti fit-trakka tal- Matthew Micallef fil-Marsa, fejn ħadu sehem 245 atleta f’46 avveniment.

Ir-rekords nazzjonali nkisru f’dawn l-avvenimenti:

Julian Zarb (La Salle) ipproduċa prestazzjoni mill-aqwa fil-1,500m steeplechase f’4.58.6, filwaqt li Daniel Saliba ta’ Pembroke tejjeb ir-rekord nazzjonali fil-kategorija Open fil-110m hurdles, għat-tieni darba dis-sena, f’ħin ta’ 15.34s.

Sarah Chouhal (Rush Athletics Club), irreġistrat ħin ta’ 1.06.90 fl-ewwel darba tagħha fl-400 metru hurdles, biex b’hekk waqqfet record nazzjonali ġdid għall-kategoriji kemm tal-Under 18 kif ukoll l-Under 20.

Antonio Flores (Zurrieq Wolves) kiser ir-rekord nazzjonali paralimpiku filkategorija 100m T64 f’ħin ta’ 12.71s.

Barra dawn l-erba’ rekords, tliet atleti kisbu Rekord tal-Kampjonati fl-età rispettivi tagħhom. Dawn kienu Luca Gerada (Starmax – U14) li tefa’ 27.35m fil-javelin, Miguel Buttigieg (La Salle Athletics Club  –  U16) b’38.62min fid-discus u Mireya Bugeja (Zurrieq Wolves – U14) li rreġistrat 1.40.53 fis-600 m.

Riżultati notevoli oħra kienu dawk ta’ Luke Bezzina (St. Patrick’s) b’10.88s fil-100m, Jean Paul Debono (Żurrieq Wolves) b’4.06.25 fl-1,500m u Christian Chetcuti ta’ Pembroke b’personal best ta’ 1.56.96 fit-800m.

Pembroke’s Carla Scicluna (U20) rebħet il-200m fejn niżet għall-ewwel darba taħt il-25 sekonda (24.89s), f’dwell eċitanti ma’ Janet Richard li daħlet f’24.90s.

Ir-rebbieħ tal-400m kien l-atleta ta’ taħt l-20 sena Luca Farrugia (Rush AC), li niżel għall-ewwel darba taħt il-50 sekonda b’49.83s, ħin li mhux biss kien l-aqwa ħin personali għalih iżda t-tielet l-aqwa ħin qatt irreġistrat f’din il-kategorija f’pajjiżna.

Fil-5000m ġew reġistrati diversi personal bests, minkejja sħana kbira. It-tellieqa intrebħet mill-atleta U20 David Borg (Athletix Gozo), f’ħin ta’ 16.43. Lisa Marie Bezzina ta’ Pembroke Athleta waslet l-ewwel fil-kategorija femminili b’17.02 quddiem Joelle Cortis 17.04 (St. Patricks).

Iċ-ċerimonja ta’ preżentazzjoni saret ilbieraħ filgħaxija.

Fi tmiem dawn l-avvenimenti, Andy Grech, President tal-MAAA qal: “Minkejja li din kienet waħda mill-aktar ġimgħat diffiċli għalina, konna ferm kburin mir-riżultati miksuba mill-ġenerazzjoni żagħżugħa, li stinkaw kemm felħu iżda ħadu pjaċir ukoll f’dawn l-avvenimenti. Dan jagħtina aktar enerġija biex insaħħu l-impenn tagħna lejn l-iżvilupp ta’ dan l-isport f’pajjiżna.”.

Sarah Couhal. Ritratt: Wally Galea

Il-lista sħiħa ta’ rebbieħa fil-Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħażagħ hi disponibbli hawn taħt.

Rebbieħa Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħażagħ MAAA

KategorijaAvvenimentRebbieħRiżultatKlabb
U12B60mJamie Azzopardi8.82Pembroke Athleta
Long jumpJamie Azzopardi9.94Pembroke Athleta
Ball throwBen Camillieri32.21San Anton School
300mJacques Pace46.87San Anton School
     
U12G60mThea Grech9.23La Salle
Long jumpThea Grech3.62La Salle
Ball throwSophie Alamango20.60San Anton School
300mThea Grech49.61La Salle
     
U14B100mThomas Grech13.94La Salle
75mhThomas Grech12.67La Salle
300mLuke Fleri45.66Pembroke Athleta
600mLuke Fleri1.41.18Pembroke Athleta
1200mThomas Grech3.35.33La Salle
Long jumpThomas Grech4.31La Salle
High jumpJuan Scerri1.05Athletix
discusLuca Gerada18.72Starmax
Shot putLuca Gerada9.91Starmax
JavelinLuca Gerada27.35 CRStarmax
4×100La Salle  
     
U14G100mThea Shoemake13.45Starmax
70mhShanesia Azzopardi11.99Pembroke Athleta
300mAngela Vella44.14Zurrieq Wolves
600mMireya Bugeja1.40.54 (CR)Zurrieq Wolves
1200mMireya Bugeja4.08.32Zurrieq Wolves
Long jumpAngela Vella4.34Zurrieq Wolves
High jumpBianca Shoemake / Pheebe Portelli1.23Starmax / Pembroke Athleta
discusHailey Ballucci17.31Athletix
Shot putShanesia Azzopardi10.25Pembroke Athleta
JavelinHailey Ballucci13.44Athletix
4×100Rush  
     
U16B100mGabriel Petroni11.92La Salle
80mhStefan Cassar17.04La Salle
200mMatthew Galea Soler24.47La Salle
400mMatthew Galea Soler53.91La Salle
800mMatthew Galea Soler2.08.44La Salle
1500mNoah Portelli4.49.14Zokrija Secondary school
1500m SCJulian Zarb4.58.69 (CB)La Salle
3000mJulian Zarb10.23La Salle
Long jumpBenjamin Buhagiar5.32Pembroke Athleta
High jumpNathan Saliba1.53Pembroke Athlea
discusMiguel Buttigieg (CR)38.62La Salle
Shot putMiguel Buttigieg12.53La Salle
JavelinMiguel Buttigieg25.04La Salle
HammerKareem Luca Chouhal39.79Rush
4×100La Salle  
     
U16G100mJade Elise Borg13.30 (HT)Pembroke Athleta
75mhJade Elise Borg12.83Pembroke Athleta
200mKay lee Testa27.09Pembroke Athleta
400mKay lee Testa1.04.84Pembroke Athleta
800mMichela Caruana2.25.47Zurrieq Wolves
1500mDanielle Bonnici5.09.40Starmax
Long jumpKay lee Testa4.66Pembroke Athleta
High jumpLetizia Bonnici1.50mPembroke Athleta
discusJade Caruana De Brincat23.05Rush Athletics club
Shot putJade Elise Borg10.45Pembroke Athleta
JavelinNicole Farrugia13.18Starmax
4×100Pembroke  
Ritratt: Wally Galea

Dan it-tagħrif twassal mill-Malta Amateur Athletic Association.