Atletics Malta jsellmu l-memorja ta’ Anthony Chircop

Il-komunità Maltija tal-Atletika issellem il-memorja tal-eks President tal-komunità Anthony Chircop li miet illum fl-età ta’ 76 sena. Chircop se jingħata l-aħħar tislima s-Sibt 10 ta’ Ottubru fit-8.30am fil-Parroċċa ta’ San Bastjan Ħal Qormi.

Chircop kien isem sinonimu mal-atletika u dam president tal-assoċċjazzjoni għal aktar minn 18-il sena.

Il-Malta Amateur Athletics Association (MAAA) sellmet il-memorja Anthony Chircop u spjegat li kliem mhumiex biżżejjed biex jispjegaw l-imħabba tiegħu lejn dan l-isport.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports sellmet ukoll il-memorja ta’ Anthony Chircop u żiedet li huwa kien bniedem dedikat u serva f’diversi karigi oħra wara li temm il-presidenza tiegħu fl-MAAA.

Fl-1998 Chircop kien rebaħ l-unur tal-Uffiċjal tas-sena fl-Isportivi Nazzjonali.

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef qal li Anthony Chircop kien dejjem persuna leali għall-isports tal-Atletika u baqa’ jagħti servizz sal-aħħar jiem ta’ ħajtu.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista sellem ukoll il-memorja ta’ Chircop. Il-PN qal li huwa ħadem b’impenn sħiħ għal numru ta’ snin.  Il-Partit Nazzjonalista ta l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.