Atletico Madrid ser joffru kuntratt ġdid lil Griezmann

Il-klabb Spanjol ta’ Atletico Madrid qed jirsisti kemm jiflaħ sabiex jikkonvinċi lill-attakkant Franċiż tagħhom Antoine Griezmann jibqa’ mat-tim. Dan qed jagħmluh billi jippruvaw jimxu fuq ix-xewqat tiegħu u eventwalment iġeddu l-kuntratt eżistenti u jgħollulu s-salarju.
Ftit tas-sigħat qabel Barcelona kienu lesti jħallsu l-klawsola ta’ €100 miljun sabiex jieħdu lil dan il-plejer.
Min-naħa l-oħra tliet plejers tal-Colchoneros huma mistennija jħallu lill-klabb fl-aħħar ta’ dan l-istaġun hekk kif Koke, Gimenez u Saul qed jissemmew li jistgħu jmorru lejn destinazzjoni oħra.
Minkejja kollox it-tim minn Madrid qed jispera illi Griezmann ikun parti mill-futur tagħhom.