Atlético Madrid jirbħu l-Uefa Super Cup

L-ewwel logħba kompetittiva ta’ Real Madrid minn meta Cristiano Ronaldo tħalla jingħaqad ma’ Juventus spiċċat f’telfa ta’ 4-2.

Atlético Madrid, li fi tmiem l-istaġun li għadda rebħu l-UEFA Europa League, marru fil-vantaġġ wara 49 sekonda grazzi għal Diego Costa. Karim Benzema kiseb id-draw għal Real Madrid fis-27 minuta.

Id-difensur Sergio Ramos skurja penalty wara 63 minuta sabiex poġġa lir-Real Madrid fil-vantaġġ qabel Costa skurja t-tieni gowl tiegħu lejn tmiem il-logħba. Saúl Ñíguez u Koke skurjaw fl-ewwel taqsima tal-ħin miżjud hekk kif Diego Simeone rebaħ is-seba’ trofew tiegħu bħala kowċ ta’ Atlético Madrid.