Atletico Madrid jirbħu l-Europa League

It-tim immexxi minn Diego Simeone għeleb lil Marseille bl-iskor ta’ 3-0 sabiex rebaħ it-tielet UEFA Europa League fl-istorja tal-klabb.
Los Colchoneros marru fil-vantaġġ grazzi għal Antoine Griezmann fil-21 minuta u mbagħad għamlu l-iskor 2-0 b’gowl ieħor tal-attakkant Franċiż fil-bidu tat-tieni taqsima.  
Fernandez Gabi temm kull tama ta’ rimonta li seta’ kellhom il-partitarji ta’ Marseille bit-tielet u l-aħħar gowl fid-89 minuta. Kien lejl sfortunat għall-Dimitri Payet li kellu joħroġ mill-grawnd wara nofs siegħa logħob minħabba injury li diġà kien qed isofri minnha qabel il-bidu tal-finali.
Ir-riżultat ta’ lbieraħ ifisser li issa Atletico Madrid laħqu lil Juventus, Inter u Liverpool fin-numru ta’ drabi li rebħu din il-kompetizzjoni.