Atletico Madrid isegwu lil Agüero

Hekk kif jidher li Antoine Griezmann jista’ jingħaqad ma’ Barcelona filwaqt li l-kuntratt ta’ Fernando Torres ma’ Atletico Madrid wasal fi tmiemu, it-tim immexxi minn Diego Simeone qed ifittex biex isaħħaħ l-attakk ta’ Los Colchoneros.
Skont sorsi fl-Ingilterra, jidher li Atletico Madrid jinsabu interessati li jerġaw jixtru lil Sergio Agüero wara li dan kien lagħab magħhom mill-2006 sal-2011.
Agüero kien sewa lil Manchester City £38 miljun u huwa l-iktar skorer prolifiku fl-istorja tal-klabb.
Matul dan l-istaġun il-plejer Arġentin skorja 21 gowl fil-Premier League u żgur għandu post speċjali fil-qlub tas-Citizens minħabba l-gowl tiegħu fil-ħin miżjud kontra Queens Park Rangers li wassal għar-rebħ drammatiku tal-kampjonat fl-2012.