Atletico Madrid bi prezz għoli għal Oblak

Liverpool kienu jidhru ferm interessati li jakkwistaw lill-goalkeeper Jan Oblak iżda mhumiex lesti li jħallsu l-prezz mitlub minn Atletico Madrid.
It-tim Ingliż huwa interessat fl-akkwist ta’ numru ta’ goalkeepers hekk kif Loris Karius u Simon Mignolet iddiżappuntaw bil-wirjiet tagħhom matul l-aħħar staġun, bil-Ġermaniż iwettaq żewġ żbalji kruċjali fil-finali tal-UEFA Champions League.
Skont il-gazzetta Ingliża The Mirror, Jurgen Klopp lest li jinvesti ammont konsiderevoli mill-baġit li ngħatalu fuq goalkeeper ġdid u Jan Oblak huwa l-ewwel preferenza tiegħu. Oblak huwa plejer importanti għal Atletico Madrid u għadu marbut magħhom b’kuntratt ta’ tliet snin.
Huma m’għandhomx bżonn jbigħuh u mistennija jitolbu mhux inqas minn £80 miljun lil kull min juri interess fil-plejer Sloven ta’ 25 sena.