Atletico jaqilgħu lil Liverpool miċ-Champions League

It-tieni leg mill-aħħar 16 ta’ Liverpool kontra Atletico Madrid kienet waħda drammatika. Il-logħba kienet bilanċjata u daret f’katastrofi għal Liverpool minħabba żball tal-gowler.

It-tim ta’ Klopp li kien qed jipprova jerġa’ jirbaħ it-tazza għas-seba’ darba, ħaseb li dawru l-vantaġġ li kellhom Atletico fuqhom meta Firminho għamilhom 2-1 bl-aggregate. Kien Wijnaldum li sab ix-xibka l-ewwel, sekondi qabel ma spiċċat l-ewwel taqsima.

Iżda kollox beda sejjer ħażin meta Adrian li kien fil-lasta minflok Alisson li hu mweġġa’ kellu jħallas prezz aħrax wara li ħa żball fil-clearance tal-ballun. Llorent skurja ballun kruċjali għal Atletico. Kien Llorent għal darboħra li skurja fil-105 minuta u Morata kompla żied l-iskor fl-aħħar sekondi.

B’hekk Atletico għaddew mal-aħħar tmienja.

Riżultati oħra:

Paris Saint-Germain 2-3 Atletico Madrid