Atleti Maltin b’messaġġi fuq il-glieda kontra l-obeżità f’pajjizna

It-tiraturi WIlliam Chetcuti u Gianluca Chetcuti flimkien ma' Robert Cutajar, Kelliem tal-isport għall-Oppożizzjoni u chairperson tal-kumitat responsabbli miż-żewġ festivals

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza li se jsir il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru u s-Sibt 19 ta’ Settembru m’għandu l-ebda tema partikolari iżda kull kartolina u parteċipant/a għandha sport abbinat magħha bl-atleti fl-isport se jkunu qed jgħaddu massaġġi dwar kampanja nazzjonali li qed immexxi ‘l quddiem relatati mal-valuri fl-isport anke b’aċċenn fuq il-ġlieda kontra l-obeżità f’pajjiżna.

Għall-kampanja #sportforlife – lets beat obesity together qed jingħaqdu bħal sħab mal-organizzaturi tal-festival hemm l-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali Sportivi kif ukoll bosta atleti ewlenin f’kull dixxiplina.

B’kollox hemm total ta’ 40 kartolina li ġew maqsuma 20 fis-serata tal-Ġimgħa 18 ta’ Settembru tal-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior u 20 oħra fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza – Kbar.

L-atleti se narawhom ġew abbinati mal-kantanti bla distinzjoni. Se nkunu qed narawhom kollha lebsin l-istess stil ta’ t shirt bil-kitba identika.

Iż-żewġ festivals se jkunu qed jixxandru live fuq l-istazzjon Net fit-8.30pm.