​Athletic Bilbao: Kollha b’xagħarhom imqaxxar qrib Yeray Alvarez

Il-plejers tat-team Spanjol tal-futbol Athletic Bilbao qaxxru xagħarhom biex juru appoġġ lid-difensur tat-team Yeray Alvarez li qed jieħu t-trattament kontra l-kanċer.
Alvarez kellu jirtira mit-team nazzjonali Spanjol ta’ taħt il-21 sena minħabba li kellu bżonn jingħata l-kimoterapija. Huwa għandu kanċer fit-testikoli.
Meta mar lura fil-club tiegħu tal-Athletic Bilbao, intlaqa’ minn applaws kbir minn sħabu tat-team fejn b’sorpriża għalih, sabhom kollha b’xagħarhom imqaxxar biex ikunu bħalu minħabba l-kura li qed jirċievi.
Fl-istaġun li għadda, Alvarez laqgħab 26 darba mat-team hekk kif Athletic Bilbao spiċċaw fis-seba’ post tal-Liga Spanjola.