​Athleta u Hibernians rebbieħa fil-baskitbol

AtoZ Electronics Athleta huma r-rebbieħa tan-Knock Out tal-ewwel diviżjoni, meta fil-finali għelbu lil Cynergi Virtus.
Għal Atleta din kienet il-ħdax-il finali mirbuħa fl-istorja tagħhom.
L-aħjar plejer magħżul mill-ġurnalisti kien il-plejer veteran ta’ Athleta Michael Naudi, li ġie ppremjat mill-BOV Chief Officer Peter Perotti.
Intant Hibernians huma r-rebbieħa tan-Knock Out tat-tieni diviżjoni, meta għelbu lil St Nicholas Suns. 
Peter Perotti, flimkien ma’ Paul Sultana li hu l-President tal-Malta Basketball Association ippreżentraw il-midalji u t-tazzi lit-timijiet rebbieħa.