Atalanta vs Paris Saint-Germain illejla f’xandira diretta

Illejla fid-9pm Canale 5 se jxandar il-partita tal-kwarti tal-finali Atalanta vs Paris Saint-Germain.

Atalanta huwa l-aħħar tim Taljan li fadal fit-tiġrija taċ-Champions League. Il-logħba se tintlagħab fl-istadium Da Luz f’Lisbona, il-belt li se tospita l-logħbiet kollha tal-Finali tal-aħħar tmien timijiet li fadal f’din il-kompetizzjoni.

Din se tkun l-ewwel darba fl-istorja tagħhom li waslu fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni. Min minnhom jirbaħ illejla jgħaddi għas-semifinali fejn jilgħab  kontra r-rebbieħ bejn Leipzig u Atletico Madrid.