Atalanta kkundannaw lil Milan għall-akbar telfa mill-1998

AC Milan sofrew waħda mill-akbar telfiet f’21 sena wara li Atalanta skurjawlhom xejn inqas minn ħames gowls.

It-tim ta’ Stefano Pioli qegħdin fit-tieni nofs tal-klassifika.

Alejandro Gomez skurja gowl bellezza. L-aħħar tliet gowls ta’ Atalanta waslu fl-aħħar nofs siegħa tal-logħba.

Atalanta, li waslu fl-istadju tan-knockout taċ-Champions League, telgħu fil-ħames post tal-klassifika.

Min-naħa tagħhom Milan ilhom ma jitlfu logħba b’ħames gowls mill-1998. Huma kienu tilfu 5-0 kontra Roma f’Mejju tal-1998. Pioli qal li l-prestazzjoni tagħhom ma kienet xejn tajba. Hu stqarr li kien qed jistenna li jkun hemm reazzjoni mit-tim tiegħu, iżda ma waslitx.