Atalanta d-debuttanti fiċ-Champions League għaddew għall-istadju tan-knockout wara li rebħu ġewwa Shakhtar Donetsk. Huma reġgħu qamu fuq saqajhom wara li tilfu l-ewwel tliet logħbiet mill-gruppi.
It-tim tas-Serie A kellhom biss punt wara li lagħbu erba’ logħbiet. Iżda grazzi għar-rebħ kontra Dinamo Zagreb u Shakhtar, irnexxielhom jiġu fit-tieni post wara Manchester City. Timothy Castagne, Mario Pasalic u Robin Gosens skurjaw fit-tieni taqsima tal-logħba, filwaqt li Shakhtar spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers wara li tkeċċa Dodo.
Atalanta li setgħu nqalgħu li kieku Dinamo Zagreb rebħu kontra Manchester City, saru l-ewwel tim li ddebutta u għadda mal-aħħar 16 mindu Leicester City għamlu l-istess lura fl-istaġun tal-2016-17.
Riżultati oħra:
Grupp A
Club Brugge 1-3 Real Madrid
Paris Saint Germain 5-0 Galatasaray
Grupp B
FC Bayern Munchen 3-1 Tottenham Hotspur
Olympiacos 1-0 FK Crvena Zvezda
Grupp C
Dinamo Zagreb 1-4 Manchester City
Grupp D
Atletico Madrid 2-0 Lokomotiv Moscow
Bayer Leverkusen 0-2 Juventus