Astun Abjad jittajjar fuq Malta għall-ewwel darba

Ġie osservat għall-ewwel darba Astun Abjad jittajjar fuq il-Ġżejjer Maltin.
Dan hekk kif il-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) qal li lbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tas-6pm, lemaħ lill-għasfur qrib il-Palazz tal-Verdala, il-Buskett.
Dan intlemaħ sitt sigħat biss wara li l-istaġun tal-kaċċa għalaq uffiċjalment.
L-attivisti Alexander Heyd u Fabian Karwinkel mill-Ġermanja, segwew lill-għasfur għal nofs siegħa, madanakollu tilfu l-kuntatt hekk kif l-għasfur tar lejn id-direzzjoni tas-Siġġiewi.
Il-Kumitat qal li din l-osservazzjoni ġiet irrappurtata lill-Kumitat tar-Raritajiet tal-Għasafar kif ukoll lill-Ornitologu Natalino Fenech.