Read in English.
Tnediet il-Malta Islamic Finance Association li se sservi bħala pont bejn gvernijiet u istituzzjonijiet diversi. Fost l-oħrajn, din l-Assoċjazzjoni se toħloq emendi leġiżlattivi li jippermettu istituzzjonijiet finanzjarji Iżlamiċi biex jibbenefikaw minn koperazzjoni bejn pajjiżi tal-UE.
It-tnedija kienet ippreseduta mis-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri waqt il-konferenza Cryptocurrency Consideration for Management, fejn ġie ffirmat il-Memorandum of Understanding. Reuben Buttigieg inħatar President tal-Malta Islamic Finance Association.
Silvio Schembri qal li l-ħidma tal-Gvern fil-qasam ta’ muniti virtwali tikkumplimenta finanzi Iżlamiċi, u dan is-settur se jkun esplorat fix-xhur li ġejjin. Qal li Malta tista’ sservi tal-bażi fejn il-finanzi Iżlamiċi jinkorporaw u jiskopru teknoloġiji ġodda fl-operat.