Assassinju ġurnalist: Il-PM Slovakk lest jirriżenja

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja qal li lest jirreżenja jekk il-President jaċċetta li l-koalizzjoni preżenti tibqa’ tiggverna mingħajr bżonn ta’ elezzjoni bikrija.
Il-PM qal li lest jippreżenta kandidat ieħor għall-Prim Ministru mill-partit tiegħu fil-Gvern.
Din id-dikjarazzjoni ġiet f’nofs konfużjoni u tensjoni politika li ħakmet lill-pajjiż wara l-qtil tal-ġurnalist investigattiv Jan Kuciak.
It-Tnejn li għadda rriżenja l-Ministru tal-Intern Slovakk Robert Kaliňák hekk kif il-kriżi politika fis-Slovakkja qed tkompli tintensifika wara l-qtil tal-ġurnalist investigattiv Jan Kuciak.
Il-ġimgħa li għaddiet irriżenja l-Ministru għall-Kultura Marek Maďarič u qal li għamel dan għax qal li ma jridx jaffaċċja l-assassinju ta’ ġurnalist waqt il-mandat tiegħu bħala Ministru.
Fil-jiem ta’ wara rriżenja wkoll iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Slovakk Roman Šipoš.
Ritratt: Reuters