Assassinju DCG: “Xokkanti u ta’ stmerijja” – PM

Wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, fi stqarrija Parlamentari, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dak li ġara llum mhux biss huwa ta’ stmerrija u xokkanti, iżda bħala pajjiż jixraqlu aħjar minn hekk u dak li seħħ ma jistax jiġi skużat. Dr. Muscat qal li jsostni r-rieda politika tal-Gvern biex dan il-qtil jiġi solvut kemm jista’ jkun malajr. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern talab lill-FBI tal-Istati Uniti biex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għaddejjin bħalissa. Qal li din id-deċiżjoni mhix nuqqas ta’ fiduċja fil-forzi tal-Ordni Maltin iżda biex l-investigazzjoni tkun tal-ogħla kwalita’.  
Dr. Muscat qal li Malta tinsab fi zminijiet straordinarji.  Huwa stieden lill-Oppożizzjoni biex wara s-seduta Parlamentari biex issir laqgħa ħalli jsir qbil biex ikun hemm il-metodi u mekkaniżmi legali biex ikun hemm inkjesta indipendenti li jkollha fiduċja miż-żewġ naħat biex ħadd u xejn ma jigiħ id-dubbju li min għamel dan id-delitt jgħaddiha lixxa
Qal li bħala ċittadin tal-pajjiż jesprimi l-kondoljanzi ta’ Caruana Galizia minkejja li jistgħu jiddarsu. Għalaq billi qal li l-Pajjiż hu aħjar minn hekk.