Assassinju DCG: X’għamel Andrè Schembri?

Il-Captain tat-tim Nazzjonali Malti, Andrè Schembri, qal li wara dak li ġara Malta, ma setax jiċċelebra l-gowl tiegħu kontra Atalanta.
Andrè Schembri, li jilgħab mat-tim Ċiprijott Appollon, ilbieraħ skorja fil-logħba tal-Europa League, konta Atalanta.
Il-partita ntemmet bl-iskor ta’ 3-1.
Iżda ħafna nnuttaw li Andrè Schembru ma ċċelebrax dan il-gowl.
Aktar tard huwa stess kiteb li “ma ħassux komdu” jiċċelebra l-gowl fid-dawl tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Din kienet l-ewwel darba li plejer Malti skorja f’partita tal-UEFA.

Intant, fil-blogg tiegħu Manuel Delia faħħar ħafna dan l-aġir tal-plejer internazzjonali Malti u ħeġġeġ lil timijiet oħra tal-futbol biex nhar il-Ħadd jingħaqdu għall-protesta favur il-libertà tal-espressjoni.
Fi kliem Manuel Delia, nhar il-Ħadd li ġej mhux jum addattat għaċ-ċelebrazzjonijiet sportivi.