Assassinju DCG: Il-Maġistrat Anthony Vella se jkompli bl-inkjesta

Il-Maġistrat Anthony Vella se jkun qed imexxi l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
Aktar kmieni dalgħodu l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera kkonfermat li mhux se tibqa' tmexxi l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xħin bagħtet bagħtet ir-rikuża tagħha lill-Prim Imħallef, ikkonfermaw sorsi infurmati sewwa lil Newsbook.com.mt.
Ilbieraħ Peter Caruana Galizia, ir-raġel ta' Daphne Caruana Galizia u wliedha Matthew, Andrew u Paul talbu li l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ma tmexxix l-inkjesta maġisterjali fil-każ tal-assasinju ta' ommhom.
Il-qraba ta' Caruana Galizia fakkru li l-Maġistrat kemm-il darba ġiet ikkritikata minn ommhom u għalhekk mhux xieraq li hi tmexxi l-inkjesta.
Peress li l-Maġistrat Scerri Herrera kienet il-maġistrat tal-għassa hija bdiet tagħmel l-inkjesta dwar il-każ. 
Ilbieraħ il-familja Caruana Galizia tħalliet tistenna għalxejn il-Qorti biex tagħti x-xhieda tagħha.
"Did-deċiżjoni ma kellhiex tittieħed 17-il siegħa wara" – PN
Sadanittant, mal-aħbar li l-Maġistrat Scerri Herrera se tirtira mill-każ, il-Partit Nazzjonalista qal li d-deċiżjoni messha ttieħdet minnufih, mhux daqstant sigħat wara.
Aqra d-digriet sħiħ bil-Malti hawn taħt.