Assassinju DCG: ll-fundatur ta’ Wikileaks joffri €20,000 lil min jista’ jgħin

Il-moħħ wara l-Wikileaks, Julian Assange, esprima r-rabja u n-niket tiegħu għall-aħbar tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, u qed joffri €20,000 lil kull min jipprovdi informazzjoni valida dwar dan l-omiċidju.
Il-Wikileaks hija organizzazzjoni dinjija mhux governattiva li tippubblika informazzjoni sigrieta u aħbarijiet li jaslulha mingħand sorsi anonimi.