Assassinju DCG: Ittra lill-President

In-Network tas-Soċjetà Ċivili se tkun qed tippreżenta stqarrija lill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, waqt id-dimostrazzjoni li se ssir illum waranofsinhar wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-President laqgħet it-talba li tkun preżenti fil-Palazz u se tilqa’ wkoll lin-Network tas-Soċjetà Ċivili.
L-istqarrija, li se tkun tirrifletti l-ħsibijiet u t-tħassib tas-Soċjetà Ċivili, se tkun qed tingħata l-President fi tmiem id-dimostrazzjoni bejn is-6:30pm u s-7:00pm.
“Nemmnu fl-awtorità morali tiegħek u għalhekk qed nitolbuk biex tpoġġiha fil-prattika,” kitbu lill-President fl-istedina.
In-Network tas-Soċjeta Ċivili insista li għalkemm se jattendu l-partiti politiċi, din id-dimostrazzjoni mhux waħda partiġġjana u l-ebda mexxej jew membru Parlamentari mhu se jimxi quddiem il-folla.
“Irridu li dan ikun marċ storiku favur il-ġustizzja,” ittemm tgħid l-istqarrija.