Assassinju DCG: Informazzjoni ġdida f’idejn il-Pulizija

Il-Ministru għall-Intern, Michael Farrugia qal fil-Parlament li hemm min diġà resaq għand il-Pulizija b’informazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Il-Ministru Farrugia appella mill-ġdid biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha mill-ewwel lill-Pulizija.
Dr Farrugia ddikjara li meta rċieva t-telefonata dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia, ordna biex isiru l-investigazzjonijiet, li ma jkunx hemm limitu fuq il-baġit u li jinġiebu l-esperti Olandiżi.
Żied jgħid li kien iffaċilita t-telefonati kollha mal-Pulizija barranin, sabiex jinġiebu l-persuni kollha li għandhom il-kapaċitajiet li jistgħu jgħinu fl-investigazzjoni.
Il-Ministru qal ukoll li hu ma neħħa l-protezzjoni lil ħadd, anzi ta l-protezzjoni lil min talbu.