Filmat: Jibbuwjaw lill-PM malli ħareġ minn Kastilja

Illejla tinsab għaddejja t-tielet manifestazzjoni ta’ solidarjetà għall-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li lbieraħ waranofsinhar inqatlet fi Triq il-Bidnija.
Il-manifestazzjoni tal-lejla bdiet quddiem Kastilja fis-5.45pm.

Waqt li kien ħiereġ minn Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat akkumpanjat mil-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia l-folla bdiet tibbuwja lejh u xi nies saħansitra għajjru lill-Prim Ministru "żibel". Membri tal-Pulizija kienu fuq il-post u kienu għassa ta' Muscat.

Ilbieraħ filgħaxija, mijiet ta’ persuni nġabru f’Tas-Sliema biex isellmu lil din il-ġurnalista u biex għalenija jsejħu għall-ġustizzja.
L-istess talba saret illum waranofsinhar, quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta.
Sadanittant, tista' ssemma' leħnek billi twieġeb il-mistoqsija ta' Newsbook.com.mt, dwar jekk tħossx li d-demokrazija fil-pajjiż tinsab mhedda bl-assassinju tal-ġurnalista.
Ritratt waqt id-demostrazzjoni tal-bieraħ filgħaxija: Ian Noel Pace