Assassinju DCG: Il-Pulizija ma rċeviet ebda rapport ta’ theddid

Il-Korp tal-Pulizija qal li ma rċieva ebda rapporti ta’ theddid f’dan l-aħħar żmien.
Il-Pulizija kienet qed tirreaġixxi għal xi rapporti fil-midja, li qalu li l-ġurnalista kienet irrappurtat fl-Għassa tal-Mosta li kienet qed tiġi mhedda.
Fi stqarrija l-Pulizija sostniet li fl-aħħar ġimagħtejn ebda rapport ma daħlilha fl-Għassa tal-Mosta, la minn Caruana Galizia, u lanqas minn xi ħadd ieħor f’isimha.
Ritratt: Arkivji