Assassinju DCG: Il-Papa Franġisku b’messaġġ

Il-Papa Franġisku bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u wera l-viċinanza tiegħu mal-poplu Malti “f’dan iż-żmien diffiċli.”
F’telegramma, mibgħuta lill-Arċisqof Charles Scicluna, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, qal li l-Papa jaf b’dak li ġara f'Malta u qed jitlob għall-mistrieħ ta’ dejjem tal-ġurnalista.
Il-Kardinal jgħid ukoll li f’dan il-mument, il-Papa Franġisku qed jitlob il-barka t’Alla fuq in-nazzjon kollu.