​Assassinju DCG: Il-Kummissjoni Ewropea mkexkxa

Il-Kummissjoni Ewropea kkundannat l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u qalet li tinsab ‘imkexkxa’ b’dak li seħħ ilbieraħ fi Triq il-Bidnija.
Fi stqarrija f’isem il-President Jean-Claude Juncker, il-Kummissjoni Ewropea faħħret lil Caruana Galizia għad-‘dedikazzjoni tagħha biex toħroġ il-verità’ u għall-ġurnaliżmu investigattiv.

L-istqarrija tgħid li d-dritt ta’ ġurnalist li jinvestiga u jistaqsi mistoqsijiet skomdi, hija fil-qalba tal-valuri Ewropej u li hu meħtieġ li dan jiġi ggarantit fiż-żminijiet kollha.
Filwaqt li esprimiet il-kondoljanzi tagħha, il-Kummissjoni qalet li tittama li ssir ġustizzja, għalkemm dan mhux biżżejjed biex jikkoreġi l-ħażin li sar.
Ilbieraħ il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani fuq Twitter qal li l-qtil brutali ta’ DCG huwa eżempju traġiku ta’ ġurnalista li ssagrifikat ħajjitha biex issibu tiżvela l-verità.