Assassinju Daphne: Wieħed mill-akkużati jittieħed fi sptar privat

iNews

Wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia dalgħodu ttieħed fi sptar privat f’Ħaż-Żabbar.

Fir-ritratti meħuda fuq il-post, jidher li r-raġel kien imdawwar b’diversi uffiċjali tal-Pulizija li kienu armati sa snienhom, u f’ritratt fuq is-sit, hu jidher immanettjat.

Dil-ġimgħa, Degiorgio lmenta fuq trattament ħażin u degradanti f’rikors ġudizzjarju li ressaq quddiem il-Qorti l-avukat tiegħu William Cuschieri.

Aktar kmieni dalgħodu, Degiorgio deher fil-Qorti flimkien maż-2 akkużati l-oħra, fejn kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tagħhom billi din id-darba xehed iben il-ġurnalista, Matthew Caruana Galizia.