Assassinju Daphne: Titħabbar id-data tas-smigħ qabel il-ġuri

Il-prosekuzzjoni ma tridx li jixhed il-PM

Arkivji - Ian Noel Pace

Read in English.

Fil-31 ta’ Ottubru se jsir smigħ preliminari qabel ma jibda l-ġuri tal-każ kriminali kontra Alfred u George Degiorgio u Vincent Muscat li jinsabu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Is-smigħ se jikkonsidra oġġezzjonijiet min-naħa tal-prosekuzzjoni u tad-difiża.

Oġġezzjoni minnhom tqajmet mill-prosekuzzjoni. Din hija dwar it-talba tal-avukat ta’ Vincent Muscat biex il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, l-Avukat Ġenerali Peter Grech, u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar ikunu xhieda għalih.

Skont it-Times of Malta, it-Tnejn li għadda Joseph Muscat qal li ma kellux problema jkun xhud fil-każ, però qal li ma jafx dwar xiex inhu mistenni jixhed.

Se tkun l-imħallef Edwina Grima li se tkun qed tipresjedi fuq il-każ wara r-rekuża tal-Imħallef Aaron Bugeja.

Għalkemm is-smigh preliminari se jsir fl-aħħar ta’ Ottubru, ma jfissirx li l-kawża propja se tkun qed tibda daqt. Jekk ma tibdiex fi żmien 17-il xahar, it-tliet persuni akkużati bil-qtil tal-ġurnalista jkunu eliġibbli biex jinħelsu mill-arrest.

Intant, pajjiżi Ewropej intalbu jagħmluha ċara ma’ Malta li l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għandha tkun indipendenti mill-għaqda internazzjonali Index on Censorship.

Inkjesta Daphne: Pajjiżi Ewropej mitluba jaraw li tkun indipendenti